Kummissjoni Zghazagh Pawlini A.D. 2005

Kummissjoni Zghazagh Pawlini, Kazin Banda San Pawl, 62, Triq San Pawl, San Pawl il-Bahar, Malta.

Email : kzpawlini@gmail.com

2010.....sena t' anniversarji specjali

Hekk kif bidet l-2010, għalina l-Pawlini bidet sena ta’ anniversarji ‘mportanti.

Għalina tal-Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini, din is-sena qedin niċċelebraw il-ħames sena mit-twaqqif uffiċjali tagħna.

Il-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, iddeddikata lil Ommna u Patruna, Marija Sultana tal-Martri qiegħda tiċċelebra l-105 snin mid-digritt ta’ Parroċċa mogħtija lilha fis-sena 1905.



Billiard Challange

Il-Billiard Competion bdiet. Il-fixtures jinsabu online fis-section,
Billiard Challange

MERHBA

 
 
 
Merħba fis-sit uffiċjali tal-Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini. L-għan ta' dan is-sit eletroniku huwa sabiex nibqaw b’kuntatt kontinwu magħkom il-viżitaturi u tkunu tistaw taraw l-avviżi ta' l-attivitajiet tagħna fejn tkunu tistaw tiparteċipaw magħna.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini torganizza ħafna attivitajiet għar-residenti Pawlini fosthom ikliet, bazzars, lotteriji u ħafna aktar, fosthom anki BBQ’s, ħargiet għal Festi, Parties u aktar għaż-żgħażagħ. Dan kollhu nghamluh biex l-ghan ewlieni taghna li huwa li nahdmu biex nsebhu l-Festa Titulari ta' Marija Sultana tal-Martri b'armar tal-brijju mill-isbah u li jpaxxi lil kull min jigi jarana, isseh rejalta.

Kif tafu il-Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini hija fi ħdan s-Soċjeta Mużikali San Pawl, San Pawl il-Baħar. Is-Soċjeta Mużikali San Pawl apparti s-sehem kbir li għanda fil-Festa Titulari, hija l-unika li tirraprezanta r-raħal tagħna f’lokalitajiet oħra. Il-Banda tagħna tieħu ħsieb il-marċi kollha mit-Tnejn sas-Sibt bis-sehem tal-Kummissjoni Żgħażagħ billi norganizzaw brijju xieraq u sabiħ kuljum, bil-marċ tal-Ġimgħa li dejjem huwa l-qofol tagħna.

Nappellaw lir-residenti Pawlini ta' San Pawl il-Baħar billi jgħinu lilna norganizzaw festa akbar min ta' qabel billi jigu u jieħdu gost magħna waqt l-attivitajiet li norganiżżaw.

VIVA MARIJA SULTANA TAL-MARTRI !!!

Christopher  Buttiġieġ
Segretarju

 


 
 
 
 

 

 

Dan is-sit eletroniku ġie mtella nhar is-26 ta' Ġunju 2009